Filmat: Il-qassis Irlandiż li sar stilla ta’ Youtube

Qassis Irlandiż li jkanta sar stilla ta’ Youtube wara li ħa sehem fil-programm televiżiv Britain’s Got Talent.
Fil-programm, Fr Ray Kelly ta’ 64 sena kanta d-diska “Everybody Hurts” tal-REM fejn din tant intlaqgħet tajjeb mill-pubbliku li kulħadd qam bilwieqfa biex jagħtih l-applaws.
Il-membri tal-ġurija tal-programm Simon Cowell u Alesha Dixon iddeskrivew il-mod kif ikanta l-qassis bħala “sabiħ” tant li għadda għall-fażi li jmiss tal-programm.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=Mx8yD3-HWTg]

Fr Kelly qal li l-ispirazzjoni tiegħu kienet il-kantanta Kattolika Susan Boyle u qal li hija l-ħolma tiegħu li xi darba jkanta dwett magħha. Il-qassis diġà ħareġ żewġ albums fejn fl-2014, filmat tiegħu ikanta l-Hallelujah indaqq għal aktar minn 60 miljun darba.
Fl-ewwel Ħadd li qaddes wara s-sehem tiegħu fil-programm, il-folla bdiet iċċapċaplu fil-knisja tant li beda jkanta f’quddiesa ta’ tieġ li kien qed imexxi f’Oldcastle.
Fr Kelly issa se jkun qed jikkompeti biex jasal sas-semi finali ta’ Britain’s Got Talent.