Filmat: Toħroġ kull sena fil-Ħamrun… avolja mhux daqstant imfittxija

B’kuntrast mal-purċissjonijiet bil-vari ta’ Santa Marija f’lokalitajiet ewlenin imfittxijin mill-Maltin u l-Għawdxin, illejla fil-Ħamrun ħarġet purċissjoni żgħira mis-Santwarju tal-Madonna tas-Samra.

Il-pellegrinaġġ bl-istatwa artistika sar madwar it-toroq tal-akwati tal-Knisja, li jkunu għadhom armati mill-Festa ta’ San Gejtanu ftit jiem qabel. Waqt il-pellegrinaġġ ingħad ir-Rużarju animat bil-kant. Fil-ħruġ tal-istatwa tkantat l-Ave Maria u innijiet Marjani oħra.