Filmat: Il-pulizija li fil-bidu ma riedx jilgħab mal-immigranti tfal

Tfal f’kamp tar-refuġjati fil-kapitali Serba, ddeċidew li jagħmlu “ġlieda bi blalen tal-borra” u nkludew magħhom lill-uffiċjal tal-pulizija li kien qed jgħasses il-post.
Fil-bidu, il-pulizija deher li ma ħassux komdu jilgħab mat-tfal, u pprova jwaqqafhom milli jitfgħulu l-blalen tal-borra.
Iżda wara ftit iddeċieda li jkompli magħhom u t-tfal bdew jifirħu u jitfgħulu aktar u aktar blalen.
Anke l-kap tal-pulizija beda jitbissem u jieħu gost bis-sitwazzjoni.
Il-kamp tar-refuġjati jinsab f’Belgrad, qrib il-fruntiera bejn is-Serbja u l-Kroazja.