Filmat: Il-Pulizija jferrħu lill-anzjani fl-Għid il-Kbir

Il-banda tal-Pulizija ddeċidiet li tagħmel att ħelu li bih tferraħ xi ftit lill-anzjani li jinsabu maqfulin fid-diversi djar residenzjali lokali.

Fuq Facebook, il-Korp tal-Pulizija qal li minkejja d-doveri kollha tagħhom illum, iddeċidew li jkomplu jestendu r-riżorsi tagħhom sabiex iferrħu ftit lill-anzjani. Qal li l-membri fi ħdanu ppruvaw jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex l-anzjani jibqgħu jiftakru dan l-Għid il-Kbir bi tbissima.

Il-filmat juri bosta anzjani jisfnu u jċapċu waqt li l-membri tal-Korp daqqewlhom marċ.