Filmat: Il-Pulizija b’taħriġ kontra t-terroriżmu

Il-Pulizija se tkun qed iżżid it-taħriġ tagħha kontra t-terroriżmu.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Intern qal li t-taqsima tar-Rapid u Special Intervention Unit u membri oħra tal-Korp tal-Pulizija se jsaħħu t-taħriġ tagħhom wara investiment f’simulator li huwa l-ewwel tat-tip tiegħu għall-forzi tal-ordni Maltin.

B’mod teknoloġiku u virtwali s-simulator joffri ċirkostanzi li jirriflettu aħjar is-sitwazzjonijiet reali li fihom ikunu meħtieġa jaħdmu l-pulizija. Fost oħrajn dawk ta’ serq, bullying u anke terroriżmu.

Is-simulator ġie jiswa €150,000.

Intqal ukoll li bejn din is-sena u l-bidu tas-sena d-dieħla se jitlestew żewġ għases ġodda. Qed isir ukoll xogħol fuq binjiet minn fejn se jibdew jaħdmu timijiet ġodda tal-Community Policing.

“Dawn huma lkoll ħoloq f’katina ta’ inizjattivi li għandhom iwasslu għal riforma b’saħħitha fil-Korp tal-Pulizija,” qal il-Ministru Byron Camilleri.

Filmat: MHSE