Filmat: Il-Pulizija bi tfittxija għal provi f’Ħal Far

Numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija bħalissa jinsabu fil-faċilità tal-iskart goff tal-Wasteserv f’Ħal Far.

Kelliema għall-Wasteserv qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-kumpanija m’għandha xejn xi tgħid dwar il-preżenza tal-Pulizija fuq is-sit tagħha bħalissa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ma kellhomx dettalji dwar dan il-każ.

Luke Zerafa

Skont is-sit tat-TVM, il-Pulizija marret hemm tard ilbieraħ filgħaxija u ħallew għassa mal-post. Skont it-TVM, hemm spekulazzjonijiet li l-pulizija qed ifittxu xi provi b’rabta mad-delitt doppju ta’ Maria Lourdes u bintha Angele Bonnici. L-arma li ntużat fid-delitt kienet għadha ma nstabitx.

Il-vittmi tal-qtil makabru f’Ħal Għaxaq, Marija Lourdes u Angele Bonnici kien għadhom qed jirkupraw mill-passat traġiku peress li r-raġel ta’ Maria Lourdes kien qatel lill-ġirien f’argument jaħraq.

Filmat: Luke Zerafa