Filmat: Il-proġett tal-Kappara mistenni jelimina 50% tat-traffiku

Transport Malta ħabbret li llum bdiet l-ewwel fażi tax-xogħlijiet tal-proġett tal-Kappara, li mistenni jelimina 50% tat-traffiku.
L-ewwel fażi tinvolvi t-tneħħija tas-siġar mir-roundabout, li se ssir matul il-lejl, mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Din il-fażi mistennija tieħu 46 ġurnata biex tkun lesta u mhux se tafffettwa lit-traffiku.
Ix-xahar id-dieħel mistenni tibda t-tieni fażi tal-proġett u mistennija titlesta fi żmien ta’ 36 ġurnata.
It-tieni fażi se taffettwa rotot tat-traffiku.
Il-proġett jinvolvi għaxar fażijiet differenti u mistenni jiswa €22.5 miljun.
Din il-junction, li tgħaqqad in-naħa ta’ fuq ta’ Malta man-nofsinhar tal-pajjiż u mal-akkwata ta’ Tas-Sliema u l-Gżira, tintuża minn aktar minn 90,000 vettura kuljum.
Rotot Alternattivi
Transport Malta spjegat li se jkun hemm numru ta’ rotot alternattivi li jinkludi l-Bypass ta’ Birkirkara.
Toroq oħra li se jkunu affettwati huma Tal-Balal u Bellavista f’San Ġwann.
Parkeġġi
Transport Malta spjegat li se jkun hemm żoni ta’ parkeġġi temporanji.
Il-Bus Lane tal-Gzira waterfront se jkun sospiż u  t-triq Abate Rigord se tkun miftuħa biss għall-karozzi tal-linja u coaches.
Għal aktar informazzjoni dwar toroq li se jiġu affettwati tista’ tidħol hawn.
Sewwieqa ta’ muturi jistgħu jniżżlu applikazzjoni mis-Sit ta’ Transport Malta.