Filmat: Il-Professur ta’ Money Heist b’delizzju ġdid?

Bħalissa fuq Netflix is-sensiela Money Heist hija l-aktar produzzjoni segwita mill-Maltin u dan joħroġ anki mill-klassifika li Netflix joħroġ ta’ kuljum. L-istaġun il-ġdid beda fl-aħħar ġranet u proprju ftit sigħat qabel l-attur Alvaro Morte li jinterpreta l-karattru tal-Professur tella’ filmat fuq Instagram Live fejn apparti li għad jitkellem mas-sgwaċi tiegħi għal ftit sekondi deher ikanta biċċa mill-kanzunetta folkloristika Taljana Bella Ciao.

Il-filmat tiegħu ikanta silta minn din il-kanzunetta bdiet iddur fuq il-midja soċjali waħda w sew b’kliem ta’ tifħir għall-Professur u t-tbissima tiegħu. Tgħid issa li waqaf il-ġbid tas-sensiela se jkun qed itiha għall-kant mid-dar tiegħu?

Il-kanzunetta Bella Ciao li fl-aħħar snin kisbet suċċess kbir permezz ta’ Money Heist, ilha titkanta, anke jekk b’lirika differenti, minn tard fis-Seklu 19 filwaqt li fis-Snin 40 kienet addottata mill-moviment anti faxxista fl-Italja.

Fl-2015, din il-kanzunetta ġiet ipprojbita f’xi muniċipalitajiet tal-Italja ta’ Fuq, li fiha hemm is-saħħa mill-Lega tal-lemin.

Madanakollu ħafna huma dawk li jkantawha llum grazzi għas-sensiela Money Hesit.#

Il-mistoqsija ta’ ħafna bħalissa hija jekk hux se jitkompla Money Heist. Is-suċess tas-sensiela jindika li għad kmieni biex din is-sensiela tingħata d-daqqa tal-mannara iżda għalissa Netflix waqqaf il-produzzjoni ta’ madwar 70 produzzjoni minħabba fit-tixrid tal-CONVID-19. Għalhekk m’hemm l-ebda aħbar uffiċjali dwar x’se jiġri fil-futur b’Money Heist għalkemm xi siti rrappurtaw li qabel ma beda jitwaqqaf il-ġbid tas-sensiliet kollha, kienu għaddejjin diskussjonijiet mal-atturi biex jieħdu sehem fil-ħames u sitt staġun.