Filmat: Il-Prinċep George jifraħ mal-gowls ta’ Aston Villa

Il-Prinċep George deher jiċċelebra ġewwa Carrow Road flimkien ma familtu wara li Conor Hourihane skurja r-raba’ gowl kontra Norwich.

Il-Prinċep William li jżomm ma’ Villa attenda għal logħba flimkien ma’ martu Kate Middleton, ma’ ibnu l-Prinċep George u ma’ bintu, il-Prinċipessa Charlotte. Iżda jidher li ma ħadux lit-tarbija li għad għandha 17-il xahar.

It-tim ta’ Villa ta wirja mill-aqwa. Huma skurjaw erba’ gowls qabel ma għaddiet siegħa mil-logħba. Wesley skurja dopjetta u Jack Grealish u Hourihane skurjaw ieħor kull wieħed.