Filmat: Il-Prinċep Archie fl-ewwel laqgħa rjali

Il-Prinċep tal-Ingilterra Harry u l-mara tiegħu, id-Dukessa Meghan Markle, ħadu lit-tifel tagħhom Archie fuq l-ewwel laqgħa rjali tiegħu. Huma ħaduh biex jiltaqa’ mal-Arċisqof irtirat Desmond Tutu.

Fil-filmat, huma jidhru qed iġorru lit-tifel biex ilaqqgħuh mar-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi. Taħt, kitbu ‘Arch jiltaqa’ ma’ Archie’.

Tutu kien jippriedka fi żmien l-apartheid fl-Afrika, li hija sistema ta’ gvern ibbażata fuq diskriminazzjoni razzjali bejn il-bojod u n-nies tal-kulur. Huwa kien jippriedka kontra l-inġustizzja tal-minoranza ta’ nies bojod li jagħmlu r-regoli. Però, ilu snin jiġġieled kontra l-marda tal-kanċer u għalhekk m’għadux joħroġ fil-pubbliku daqs li kien.

Din l-ewwel darba li l-familja marru fuq żjara uffiċjali bit-tifel b’kollox, hekk kif qed iżuru l-Afrika għal għaxart ijiem.