Filmat: ‘Il-PM qed jistenna l-appell tal-Qorti Kostituzzjonali’ – PL

Il-Membru Parlamentari f’isem il-Gvern Edward Zammit Lewis sostna li l-Partit Laburista rrid jistenna dak li se joħroġ mill-appell tad-deċiżjoni li ngħatat it-Tlieta fil-Prim Awla tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fetaħ biex ikollu kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant. Huwa kompla jgħid li l-pożizzjoni politika tal-Prim Ministru Joseph Muscat hi li jippubblika iżda qed jistenna l-Qorti Kostituzzjonali hekk kif il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħabbar li se jkun qed jappella d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.

AQRA: Filmat: Delia mhux se jingħata kopja tal-inkjesta Egrant; se jappella

Il-kumpanija Egrant kienet waħda mit-tliet kumpaniji fil-Panama li ġew żvelati wara li ġew ippubblikati dokumenti minn ditta legali Mossack Fonesca. Filwaqt li żewġ kumpaniji Hearnville Inc. kienet tal-Ministru Konrad Mizzi u Tillgate Inc. kienet taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, is-sid tat-tielet kumpanija Egrant għadu mhux magħruf. Dwar Egrant il-Prim Ministru Joseph Muscat kien talab li ssir inkjesta wara allegazzjonijiet li din setgħet kienet tal-mara tiegħu, Michelle Muscat. Il-konklużjonijiet tal-inkjesta li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja ġew ippubblikati fit-22 ta’ Lulju. Il-Magistrat Bugeja kkonkluda li ma rriżultax ippruvat sal-grad rikjest mill-liġi li Egrant kienet ta’ Muscat jew ta’ qrabtu.

AQRA: L-AĠ jippubblika l-konlużjonijiet ta’ Egrant; mhux ir-rapport sħiħ

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f’Awwissu tas-sena l-oħra kien fetaħ rikors kostituzzjonali biex huwa jkollu aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta li minnu ġew ippubblikati biss 50 paġna minn 1,500 paġna.

AQRA: Inkjesta Egrant: L-AĠ iżomm ir-rapport sigriet; Delia jmur il-Qorti

AQRA: Inkjesta Egrant: Delia jiftaħ rikors Kostituzzjonali biex jingħata l-inkjesta sħiħa

Wara 9 xhur, l-Imħallef Robert Mangion ċaħad it-talba li Delia jingħata kopja tar-rapport, bil-Kap tal-Oppożizzjoni iktar tard jgħid li se jkun qed jappella d-deċiżjoni meħudha mill-Qorti Kostituzzjonali.

AQRA: Inkjesta Egrant: Ippreżentata l-evidenza kollha dwar il-każ

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tlieta fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u li ġiet indirizzata mill-Membri Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi, Edward Zammit Lewis u Robert Abela, Zammit Lewis sostna li l-Qorti ċaħdet it-talbiet li saru minn Delia. Huwa saħaq li l-pożizzjoni tal-Prim Ministru Muscat rigward ir-rapport tal-inkjesta Egrant kienet ċara mill-bidu, jiġifieri li huwa se jkun qed jippubblika dan ir-rapport. Kompla jispjega li wara li issa se jkun hemm appell għas-sentenza, il-Partit Laburista se jkun qed jistenna d-deċiżjoni tal-Appell.

AQRA: Inkjesta Egrant: Il-Prim Ministru jixhed li r-rapport qed jiġi editjat qabel pubblikazzjoni

AQRA: Inkjesta Egrant: L-AĠ jgħaddi kopja lill-Ministru Bonnici 

AQRA: Inkjesta Egrant: Muscat jagħti ħjiel li ssemmew “affarijiet oħra”