Il-Prim Ministru jesprimi fiduċja fiż-żona ewro

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat kien wieħed mill-kelliema dwar il-'Futur tal-Ewropa', waqt it-tieni sessjoni tal-World Economic Forum, f’Dalian fiċ-Ċina. 

Joseph Muscat insista li l-munita ewro se tibqa’ fis-seħħ mhux kif irrappurtat f’mezzi tax-xandir internazzjonali, b’mod speċjali fl-Asja.

Waqt id-Davos Summer Forum flimkien mal-Prim Ministru tal-Fillandja u l-Prim Ministru tal-Bulgarija,  Joseph Muscat esprima l-fiduċja tiegħu fiż-żona Ewro.

Huwa qal li bi tmexxija soda u li tħares ’il quddiem jista’ jkun hemm futur sabiħ għall-Ewropa.

Il-kelliema qablu li l-investiment dirett barrani miċ-Ċina jilgħab rwol importanti fit-tisħiħ tal-ekonomija globali.

Għalhekk iddikjaraw li l-Ewropa tista’ tipprovdi opportunità għall-investiment Ċiniż.

 

 

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo