Filmat: “Il-prijorità tiegħi dejjem jibqgħu wliedi” – Michelle Muscat

Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Joseph Muscat, sostniet li fil-ħajja tagħha, il-prijorità tagħha dejjem jibqgħu ż-żewġ uliedha, Etoille u Soleil.

Muscat kienet qed tiġi intervistata waqt il-programm Follow Up fuq RTK103FM minn Sylvana Debono fejn bħala ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, tkellmet fuq il-progress li sar fl-għarfien dwar l-awtiżmu f’Malta.

Kampanja fl-Università biex tqajjem kuxjenza dwar l-awtiżmu

Muscat sostniet li minn dejjem kienet taħseb li meta t-tfal jikbru l-problemi tagħhom se jonqsu, madanakollu insisitiet li iktar qed tarahom jiżdiedu. Illum il-ġurnata Etoille u Soleil għalqu 11-il sena u għalhekk qed jagħmlu wkoll l-eżamijiet. Muscat sostniet li issa ż-żmien li l-iskola tittieħed dejjem b’aktar serjetà.

X’inhi r-rutina ta’ filgħodu ta’ Muscat?

Muscat sostniet li biex tlaħħaq ma’ ħajjitha u anke mat-taħriġ tagħha fl-isport, tgħamel dak kollu li tista’ biex tqassam il-ħin tagħha sew. Spjegat li tibda billi filgħodu twassal lit-tfal l-iskola. Spejgat li hi ta’ kuljum tmur bil-flip flops u liebsa l-malja ħalli ma titlifx ħin biex toqgħod tbiddel.

Muscat kompliet tgħid li wara li ddaħħal lit-tfal l-iskola, terħilha lejn il-pixxina ta’ Ta’ Qali fejn tagħmel madwar siegħa ta’ għawm fil-pixxina. Sostniet li għall-bidu kellha difetti kbar fl-għawm tagħha li maż-żmien ħadmet fuqu sabiex tibdlu għall-aħjar.

Flimkien ma’ Muscat, kien hemm mistednin ukoll Anna Calleja li hija d-Direttriċi Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta u Jennifer Xuereb, Segretarja Eżekuttiva tal-Fondazzjoni Marigold. Is-suġġett ewlieni kien l-atleti li pparteċipaw fl-Olimpjadi Speċjali f’Abu Dhabi.