Filmat: il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta

Read in English.

Is-Sibt 9 ta Novembru ġewwa il-Badger Karting f’Ta ‘Qali ġiet organizzata il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta.

F’atmosfera familjari il-kompetituri li ikkompetew fil-kampjonat attendew din il-preżentazzjoni li ġiet indirazzata mill-President tal-klabb is-Sur Tonio Mizzi li rringrazja l-kull min kien involut, kemm parteċipanti, familjari, sponsors kif ukoll uffiċjali tal-Federazzjoni li kienu preżenti għall kull tellieqa li saret.

Is-Sur Mizzi ħabbar ukoll li intlaħaq ftehim ma dawk kollha konċernati sabiex il-kampjonat tas-sena d-dieħla jerġa jsir fuq l-istess mudell ta din is-sena, ġewwa il-Badger Karting, bis-sapport tal-Federazzjoni kif ukoll li ser jerġgħu jintużaw is-servizzi ta l-ufiċċjal Taljan Dario D’Anastasi.