Filmat: ​Il-President tirbaħ il-Premju tal-Persuna tas-Sena fl-Ukrajna

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=zyOLmQQNtAc]

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rebħet il-Premju tal-Persuna tas-Sena għall-Attività Soċjali u Politika fl-Ukrajna għall-2017.
F’messaġġ irrekordjat li ntwera waqt iċ-ċerimonja f’Kyiv fl-Ukrajna, il-President uriet l-apprezzament tagħha għal dan il-premju.
Skont il-President, Malta u l-Ukrajna għandhom ħafna valuri simili, bħall-paċi.
Coleiro Preca qalet li ż-żewġ pajjiżi għandhom jibqgħu magħqudin permezz tal-impenn li juru lejn id-drittijiet universali u lejn il-libertajiet fundamentali.
Il-President iddedikat dan il-premju lil dawk kollha li jħobbu l-paċi. 
Il-Papa Ġwanni Pawl it-Tieni kien rebaħ dan il-premju fil-passat.