Filmat: “Kwart tal-poplu fl-UE jmut minħabba l-kanċer” – il-President

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=gj3eqb2KLCY]

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li kwart tan-nies li jmutu fl-Unjoni Ewropea, jmutu kawża tal-kanċer.
Qalet li minħabba dawn il-figuri allarmanti għandha ssir ħidma konġunta biex nipprevjenu kawżi tal-kanċer filwaqt li ssir ħidma biex jinstabu metodi effiċjenti ta’ trattament u kura.
Waqt li kienet qed tindirizza t-tieni Konferenza Nazzjonali tal-Onkoloġija, il-President faħħret lit-tim mediku fiċ-Ċentru tal-Onoloġija Sir Anthony Mamo. Qalet li bis-saħħa ta’ dawn il-ħaddiema, il-pazjenti jistgħu jkollhom trattament u sapport tal-aqwa kwalità.
Il-President qalet li permezz tal-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund, hi inkoraġġiet numru ta’ persuni biex flimkien mal-familji tagħhom isibu s-sapport meħtieġ sa minn meta ssir id-dijanjosi.
Temmet tgħid li tinsab kuntent bl-isforzi li qed isiru minn numru ta’ entitajiet filwaqt li qalet li din il-konferenza tkompli tafferma metodi differenti ta’ kura għal dawn il-pazjenti.
Waqt il-konferenza, il-President kkwotat figuri dwar il-kanċer:

  • Aktar minn 700,000 (29%) raġel u 540,000 (22%) mara jmutu bil-kanċer fl-UE. – Eurostat
  • Il-każijiet tal-kanċer f’Malta mistennija jogħlew b’49% sal-2030. – Il-Fond Dinji għar-Riċerka dwar il-Kanċer