Filmat: Il-Presepju Ħaj ta’ kull sena f’Wied il-Għajn

Attività tal-Milied, għall-familja kollha, fejn tista’ żżur? Forsi żżur xi presepju ħaj, bħal dak ta’ Wied il-Għajn.

Il-Presepju Ħaj ta’ Wied il-Għajn ġie organizzat il-Ħadd 16 ta’ Diċembru, mill-Kummissjoni Parrokkjali Tfal tal-Parroċċa. Kien hemm quddiesa  fid-9.15am, fejn wara stajt żżur il-Presepju Ħaj san-12.30pm. 

Il-Paroċċa ta’ Marsaskala irringrazzjat lill-personaġġi, lit-trabi, lil dawk li provdew l-annimali, kif ukoll lil dawk li kienu qed iħejju l-kafè u xi ħaġa tal-ħelu, għaliex b’dawn in-nies biss seta’ jsir. Kummenti fuq Facebook faħħru l-attività bħala ‘sabiħa’ u qalu ‘prosit lil kulħadd’.

Attività sabiħa tal-Presepju Ħaj imtellgħa mill-Kummissjoni Parrokkjali Tfal. Grazzi lill-personaġġi u lit-trabi li ħadu…

Posted by Marsaskala Parish on Sunday, December 16, 2018