Filmat: “Il-poplu mhux jgħix f’pajjiż normali” – Adrian Delia

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=h8M2VZN4vE4]

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-poplu Malti mhux jgħix f’pajjiż normali għax l-istituzzjonijiet mhumiex qed jiffunzjonaw kif suppost.
F’filmat li tella’ fuq il-mezzi soċjali, Dr Delia qal li  l-Partit Nazzjonalista reġa' sab ruħu jrid jiġġieled il-korruzzjoni li ħakmet il-Gvern ta’ Joseph Muscat u qed tifni l-pajjiż.
Huwa appella lill-membri tal-Partit Laburista biex ma jħallux lill-Partit jieħu t-timbru ikrah li kellu fis-snin sebgħin u tmenin bħala l-partit tal-korruzzjoni.
Tenna li hu kemm-il darba ġġieled il-korruzzjoni fil-futbol u mhux se jaqta’ qalbu li jiġġieled il-korruzzjoni fil-politika.
Saħaq li xogħol il-Kap tal-PN Simon Busuttil, li jiġġieled il-korruzzjoni ma ntemmietx u se tkompli għax fi kliemu jinsab impenjat kontra l-korruzzjoni.