Filmat: Il-Polonja terġa’ tirbaħ il-Junior Eurovision

Malta bl-agħar riżultat mill-2005

Viki Gabor, ta’ 12-il sena, bil-kanzunettta Superhero għall-Polonja rebħet is-17 il-edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li sar illum wara nofsinhar fil-Polonja stess.

Viki Gabor. Ritratt: Thomas Hanses

Dan kien l-agħar riżultat ta’ Malta mill-2005 ‘l hawn meta f’dik is-sena wkoll ġejna fl-aħħar post dakinhar ħadu sehem Thea & Friends bil-kanzunetta Make It Right.

Ritratt: Thomas Hanses

Għal ħin twil il-kantant Yerzhan Maxim għall-Każaksthan bil-kanzunetta Armanyńnan Qalma, kien fuq quddiemnett iżda kien taqtiha sal-aħħar hekk kif il-voti tal-pubbliku bdew ibiddlu l-andament tal-klassifika.

Malta kienet rappreżentata minn Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta We Are Are One b’lirika ta’ Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee. Il-mużika hi ta’ Jonas Thander u Rachel Suter.

Ritratt: Thomas Hanses

Din hija l-wirja ta’ Eliana waqt il-finali tal-Junior Eurovision Song Contest fil-Polonja.

Malta kisbet żewġ punti biss mill-ġurija professjonali waqt li 27 punt ieħor ġew mill-vot tal-pubbliku permezz tas-sit jesc.tv