Filmat: “Il-PN ma jridx jibqa’ distakkat mis-soċjetà” – Frank Portelli

Il-Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li hemm bżonn li l-PN ma jibqax distakkat mill-membri tal partit u mis-soċjetà u spjega li għalhekk il-programm tiegħu għal din l-elezzjoni qed isejjaħlu basics to basic, lura għal għeruq.
Qal li hemm rabja kbira għall-PN u li n-nies qed iħossu li l-partit inqata’ minn magħhom.
Saħaq li għalhekk il-PN l-ewwel irid jingħaqad u mbagħad jisma’ lin-nies.
Temm jgħid li l-PN irid jibdel is-sitwazzjoni ta’ tellief għar-rebbieħ.

Filmat: Uffiċċju Frank Portelli