Sorpiża ħelwa li tatni binti Giorgia Mae f'għeluq snini malli dħalt fl-uffiċċju tiegħiGrazzi minn qalbi tal-awguri tagħkom f’għeluq snini.Ma naqsitx ukoll sorpiża ħelwa li tatni binti Giorgia Mae malli dħalt fl-uffiċċju tiegħi wara s-seduta parlamentari.
Posted by Robert Abela on Monday, December 7, 2020
Kienet ġurnata normali ta’ xogħol għall-Prim Ministru Robert Abela li llum iċċelebra għeluq it-43 sena tiegħu.
Il-ġurnata però spiċċat fuq nota differenti hekk kif wara s-seduta parlamentari tal-lejla sab sorpriża minn bintu Giorgia Mae li marret tistennih fl-uffiċċju tiegħu biex tagħtih ir-rigal tagħha.
Il-Prim Ministru Abela ħa l-okkażjoni biex jirringrazzja lil dawk kollha li llum awgurawlu f’għeluq sninu u qasam mal-pubbliku l-filmat tas-sorpriża ħelwa ta’ bintu.
Aqra:
Il-PM jagħlaq sninu