Filmat: “Il-pensjoni għandha tinħadem fuq il-paga tal-għajxien” – Frank Portelli

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli ssuġġerixxa biex il-pensjonanti ma jingħatawx pensjoni maħduma fuq paga minima iżda fuq paga tal-għajxien (living wage).
F’messaġġ awdjoviżiv, Dr Portelli qal li jekk il-PN ikun fil-Gvern immexxi minnu, din tkun l-ewwel prijorità tiegħu.
Huwa qal li diversi pensjonanti m’għandhomx pensjoni xierqa u huwa diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja, dan hekk kif fi kliemhom uħud għandhom biss €20 kuljum.

Filmat: Frank Portelli