Filmat: Il-passat se jitfaċċa f’EastEnders fil-Milied

EastEnders Christmas Trailer

Walford is alive with Christmas pasts, but does everyone have a future? BBC EastEnders. Christmas 2020. BBC One.

Posted by BBC EastEnders on Tuesday, December 15, 2020

Min isegwi s-sensiela popolari Ingliża EastEnders bla dubju li bħal kull sena jkun qed jistenna l-episodju tal-Milied u din is-sena jidher li l-abitanti ta’ Albert Square se jkunu qed jgħaddu minn misterju kbir hekk kif se jasal lura l-karattru ta’ Lucas Johnson, li kien attaka lil Ian Beale. Se jinkixfu wkoll l-pjanijiet mudlama tal-qattiel Gray Atkins.

Fir-reklam li qed jirreklama l-episodju tal-Milied tinħass l-atmosfera festiva sakemm imbagħad jinqaleb it-ton għal wieħed makabru, hekk kif naraw l-uċuh ta’ Peter, Bobby u Sharon li huma fost dawk suspettati li attakkaw lil Ian.

Min tassew ipprova joqtol lil Ian? X’se tkun l-atmosfera f’Albert Square fi żmien il-Milied? Liema karattri se jkunu qed jirritonaw f’dan il-perjodu?

Ovvjament l-Ingliżi se jaqtgħu l-kurżità l-ewwel hekk kif BBC 1 ixandar dan l-episodju fil-jum tal-Milied filwaqt li ħafna Maltin jistennew ftit ġimgħat sakemm dan l-episodju jixxandar fuq l-istazzjon BBC Prime.