Filmat: Il-Partit ta’ Kurz jirbaħ l-elezzjoni fl-Awstrija

Read in English.

L-istazzjon Nazzjonali fl-Awstrija ħabbar li l-Partit Popolari taċ-Ċentru Lemin rebaħ l-elezzjoni bikrija b’37.5% wara li l-votazzjoni għalqet fil-5pm.

Kurz, li kien il-Kanċillier tal-Awstrija għal dawn l-aħħar sentejn, mistenni jerġa’ jinħatar mexxej tal-pajjiż wara li jiġu ppubblikati r-riżultati uffiċjali.

Il-partit l-ieħor li kien fil-koalizzjoni tal-Gvern ta’ Sebastian Kurz qabel ma tħabbret l-elezzjoni bikrija ġiet t-tielet b’16%, 10% inqas mill-aħħar elezzjoni tal-2017. Is-Soċjalisti fl-Awstrija ġew it-tieni b’22%.

Il-koalizzjoni tal-Partit Popolari u tal-Partit tal-Ħelsien immexxija minn Kurz kienet falliet aktar kmieni din is-sena wara l-iskandlu ta’ Ibiza. Dan l-iskandlu kien ġab fid-deher filmat li juri lill-eks mexxej tal-Partit tal-Ħelsien jipprova jinnegozja kuntratti pubbliċi mal-appoġġ li suppost kellu jirċievi għall-kampanja tiegħu ma’ mara li hu ħaseb li kienet sinjura Russa.

Filmat juri membri tal-Partit Popolari jiċċelebraw mal-aħbar tar-rebħa.