Filmat: Il-Papa jżur u jitlob quddiem il-presepju Malti fil-Vatikan

Ilbieraħ filgħaxija, wara l-għasar solenni tal-aħħar tas-sena, il-Papa Franġisku żar il-presepju Malti fi Pjazza San Pietru.
Mument emozzjonanti, kemm għall-artist Manwel Grech u sħabu, iżda wkoll għall-poplu kollu, meta tara l-Papa jammira dan il-presepju li jiġbor fih diversi aspetti Maltin.
Il-Papa qatta' ftit tal-ħin fi skiet jitlob quddiem il-grotta. Apparti minn hekk resaq ukoll lejn il-luzzu li jfakkar fl-eluf ta' persuni li tilfu ħajjithom fil-Baħar Mediterran huma u jaqsmu għall-ħajja aħjar.
Malta sar l-ewwel stat barrani li rama l-presepju fi Pjazza San Pietru.
Il-presepju se jibqa' armat sal-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju, li ġġib fi tmiemu żmien il-Milied għall-Knisja.