Filmat: Il-Papa jmur iqerr qabel jibda jqarar lill-oħrajn

Fi triqtu lejn il-konfessjonarju biex jibda sessjoni ta’ qrar fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa biddel ftit il-pjan, u malli ra saċerdot lest għal qrar, il-Papa mar fuqu u niżel għarkupptejh biex ikun jista’ jqerr qabel ma jqrar lill-oħrajn.
Waqt il-quddiesa tal-lum, Franġisku staqsa jekk hawnx xi ħadd li jista’ jitqies bla dnub.  Qal li “jekk ngħidu aħna bla dnub, inkunu qed nidkħu bina nfusna.  Jekk inqerru dnubietna, Alla hu lest jaħfrilna u jippurifikana minn kull ħażen."
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku, għall-ewwel darba, il-Knisja llum qed tiċċelebra l-Festa ta’ Maħfra biex permezz tal-qrar, kull nisrani jagħraf kemm hi kbira l-ħniena ta’ Alla.
Il-knejjes illum huma mistiedna jħallu l-bibien tagħhom miftuħa beraħ sa tard bil-lejl biex kulħadd ikollu ċ-ċans iqerr.
Anke l-Knisja f’Malta u f’Għawdex qed tiċċelebra din il-festa.  Il-knejjes huma ta’ Marija Bambina fl-Isla, ta’ Santa Marija f’Birkirkara, il-Millennium Chapel f’Paceville, ta’ San Franġisk fil-Qawra, il-Kappella tas-Seminarju tal-Virtù u  s-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.
Il-Ħamis 10 ta’ April lejlet il-festa tad-Duluri, se terġa’ tiġi ċċelebrata Festa ta’ Maħfra oħra.