Filmat: Il-Papa jiltaqa’ ma’ abbatini Maltin fil-Milied

Read in English.

Illum il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin li tela’ jservi fil-Vatikan.

Il-grupp kien akkumpanjat minn Mons. Frans Bonnici. Il-Papa ltaqa’ wkoll ma’ xi qraba tal-abbatini.

Illum kien jum impenjattiv għall-Papa li wassal il-messaġġ annwali tal-Milied tiegħu.

Il-Papa Franġisku qal li hija l-inġustizzja li twassal lin-nies biex jaqsmu l-ibħra biex ifittxu ħajja aħjar. Qal dan fil-messaġġ annwali tiegħu f’Jum il-Milied- indirizz magħruf bħala “Urbi et Orbi”.