Filmat: Il-Papa jieqaf mat-triq u jagħti sorpriża lin-nies

Il-Papa Franġisku waqaf fi triqtu u ta sorpriża lin-nies meta, ftit tal-jiem ilu, kien fi triqtu lejn iż-żona ta’ Sibari fil-Kalabrija, biex iqaddes.
Fil-filmat miġbud minn xi ħadd li kien qed jistenna lill-Papa għaddej, huwa jidher jinżel mill-karozza wara li x-xufier waqaf mal-ġenb tat-triq.
In-nies li kienu qed isellmulu, jidhru jersqu qrib tal-Papa biex jiltaqgħu miegħu. Xi ħadd jidher anke jressaqlu persuna mimduda f’sodda.