Filmat: Il-Papa Franġisku jiftaħ il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena

Illum il-Papa Franġisku uffiċjalment fetaħ il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, biċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa solenni fil-Pjazza San Pietru. Hu fetaħ il-bieb kbir tal-bronż tal-Basilika, minn fejn f’sena mistennija jgħaddu madwar 10 miljun pellegrin.
Fl-omelija, il-Papa qal li din is-Sena Straordinarja u qaddisa hi nnifisha rigal ta’ grazzja. Sostna li meta ngħaddu mill-Bieb Qaddis ifisser li nerġgħu niskopru il-ħniena infinita tal-Missier li jilqa’ lil kulħadd u li personalment imur jiltaqa’ ma’ kull persuna u qal li din hi sena li fiha se nkunu dejjem iktar konvinti tal-ħniena t’Alla.
Saħaq ukoll li hekk kif ngħaddu minn dan il-Bieb Qaddis, irridu niftakru wkoll f'bieb ieħor, dak li 50 sena ilu l-missirijiet tal-Konċilju Vatikan it-Tieni fetħu lid-dinja. Qal li dan l-anniversarju ma jistax jiftakkar biss għall-wirt tad-dokumenti tal-Kunsill.
Minħabba l-biża’ ta’ xi attakk, is-sigurtà fil-post żdiedet ferm. B’kollox hemm preżenti iktar minn 5,000 pulizija, carabinieri u suldati iktar mis-soltu mxerdin madwar Ruma. Barra minn hekk ma jistgħux itiru ajruplani minn fuq il-post.
Il-Ġublew tal-Ħniena jintemm fl-20 ta’ Novembru 2016, Festa ta' Kristu Sultan.