Filmat: Il-Papa Franġisku jeħel fil-lift; salvat mill-pumpiera

Read in English.

Il-Papa Franġisku wasal tard għall-Angelus illum hekk kif spiċċa weħel fil-lift tal-Vatikan u kellha tintalab l-għajnuna tal-ħaddiema tas-salvataġġ.

Il-Papa li għandu 82 sena, qal li għamel 25 minuta mweħħel fil-lift minħabba qtugħ ta’ dawl qabel ma ġie meħlus. Hu qal dan b’daħqa fuq wiċċu fil-bidu tal-Angelus illum fejn talab ukoll skuża li ħalla lil għexieren ta’ persuni jistennewh.

Hu mbagħad talab liċ-ċorma fi Pjazza San Pietru sabiex jagħtu ċapċipa għall-ħaddiema ta’ salvataġġ u x-xogħol tagħhom.

Fl-indirizz tiegħu, il-Papa Franġisku ħabbar li se jkun hemm konċitorju x-xahar li ġej  fejn se jiġu maħtura 13-il kardinal ġdid.