Il-Papa Franġisku llum qed jiċċelebra l-84 sena minn twelidu.
Franġisku twieled fi Buenos Aires l-Arġentina fl-1936.
Hu kien ilu kardinal mill-2001 u u ġie elett Papa fit-13 ta’ Marzu tal-2013. Ismu proprja huwa Jorge Mario Bergoglio u huwa l-266 Papa elett.
F’jum twelidu l-Papa irċieva numru ta’ messaġġi ta’ awguri minn madwar id-dinja kollha.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Papa ċċelebra wkoll 51 sena qasis.
Aktar dettalji
Awdjo: Bħal-lum jagħlaq sninu Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku kellu jiġi Malta f’Mejju li għadda iżda minħabba l-pandemija din iż-żjara kellha tiġi posposta. Il-Kardinal Għawdxi Mario Grech qal li se jerġa’ jistieden lill-Papa biex jiġi jżur Malta.
Iż-żjara tal-Papa posposta
Posposta ż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta