Filmat: Il-mużika ta’ Money Heist ukoll fil-Malta’s Got Talent

Marissa Bose ta’ 30 sena impressjonat mhux ħażin bil-wirja tagħha ta’ pole dancing.  Dan permezz tal-moviment tagħha mal-pole għall-kanzunetta My Life Is Going On, interpretata minn Cecilia Krull. Din il-kanzunetta hija t-tema ewlenija tas-sensiela Money Heist li kisbet suċċess internazzjonali.

Kunfidenti għall-aħħar Marissa tat wirja li kisbitilha l-erba’ iva li kellha bżonn biex tgħaddi għall-fażi li jmiss.

U min jaf… forsi fis-snin li ġejjien naraw tikkompeti t-tifla tagħha li telgħet ukoll fuq il-palk u tat wirja żgħira ta’ bla ħsieb li ġibdet is-simpatija ta’ Ray, Sarah, Maxine u Howard!