Filmat: “Il-mużika ma tistax issikkitha” – Celine

Bħala parti mis-sensiela Let’s Chat, Frederick Zammit jitkellem ma’ Celine Agius li rajna fit-tieni edizzjoni ta’ X Factor li bħalissa qed jerġa’ jixxandar nhar ta’ Sibt fuq TVM. Matul din il-konversazzjoni hija titkellem dwar l-esperjenza fuq X Factor u dwar kif meta daħlet għal din il-kompetizzjoni ma kinitx qed tistenna daqstant rispons pożittiv.

Dwar is-sitwazzjoni preżenti, Celine titkellem dwar kif il-Covid-19 effettwat ħajjitha u kif kienet qed tkompli tikber fil-mużika u kif esperimentat iktar fuq il-midja soċjali. Hija titkellem ukoll fuq dak li qegħda tippjana aktar ‘il quddiem, kif ukoll dwar l-artisti li jinfluwenzawha mużikalment.

Hija titkellem ukoll fuq l-istil partikolari tagħha u kif in-nies iħarsu lejh.

X’parir tagħti lil dawk iż-żgħażagħ li llum il-ġurnata qed jgħaddu minn dak li hija għaddiet minnu u li minħabba fih kienet waqfet għal sitt snin milli tkompli fil-mużika?

U għal dan is-sajf x’qegħda tippjana?

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat f’din il-paġna.

Muntaġġ: Sarah Salafia