Filmat: Il-musical The Wizard of Oz b’xejn mil-lejla

Wara waqfa ta’ ġimgħa, mil-lejla fuq YouTube, għal 48 siegħa, se jerġgħu jibdew jittellgħu l-musicals u dan li se tkunu tistgħu taraw matul dan it-tmiem il-ġimgħa huwa The Wiz Live! li kien inħadem fl-2015 bis-sehem ta’ Queen Latifah, Mary J. Blige, Uzo Aduba, Ne-Yo u is-Cirque du Soleil Theatrical.

L-istorja ta’ Dorothy li tispiċċa bl-art maġika ta’ Oz u l-karattri mill-aktar ikkuluriti li tiltaqa’ magħhom waqt li tkun qed tipprova ssib is-saħħar li jista’ jgħinha tmur lura d-dar.

Fil-cats ta’ din il-produzzjoni nsibu lil David Alan Grier, Elijah Kelley (Hairspray), Stephanie Mills, u Amber Riley (Glee).

Shanice Williams tinterpreta lil Dorothy. Għal din l-attriċi din il-produzzjoni fissret id-debutt tagħha qabel ma saret aktar magħrufa ‘l quddiem fosthom għall-interpretazzjoni tagħha ta’ Leanne fis-sensiela Perfect Harmony.

Il-musical The Wizard of Oz se jkun qed jixxandar mit-8pm permezz ta’ dan il-link.