Filmat: Il-musical The Phantom of the Opera b’xejn għal 48 siegħa

Read in English.

Bħal kull nhar ta’ Ġimgħa permezz ta’ YouTube qed jitwassal musical b’xejn ta’ Andrew Lloyd Webber. Dan grazzi għall-kumpanija Universal li qed tagħmel aċċessibbli dawn il-musicals għal 48 siegħa.

Din l-inizjattiva li qed issir biex tkompli tħeġġeġ lin-nies minn madwar id-dinja jibqgħu f’darhom qed tintlaqa’ tajjeb hekk kif s’issa kienu bil-miljuni li raw l-ewwel żewġ musicals li ġew ippreżentati, Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat u Jesus Christ Superstar.

Illejla se jitwassal il-musical The Phantom of the Opera li kien ittella’ fir-Royal Albert Hall fl-2011, proprju f’okkażjoni tal-25 sena ta’ dan il-musical.

Ramin Karimloo, Sierra Boggess u Hadley Fraser jinterpretaw il-partijiet ewlenin akkumpanjati minn orkestra ta’ aktar minn 200 mużiċist kif ukoll bosta mistednin speċjali.

L-ewwel xandira dirett se tkun illejla fit-8pm permezz ta’ dan il-link. Jew inkella permezz tal-istess link wieħed jista’ jarah fil-kumdità tiegħu sa nhar il-Ħadd li ġej.