Filmat: Il-musical Peter Pan b’xejn mil-lejla

Peter Pan Live! huwa l-musical li jmiss li se jkun qed jitwassal fuq YouTube mil-lejla għal 48 siegħa. Din hi produzzjoni tal-2014 bl-atturi Allison WIlliams (tas-sensiela Girls) fil parti ewlenija filwaqt li lil Christopher Walken se narawh bħala Captain Hook. L-attriċi Minnie Driver tagħmel in-narrazzjoni.

Il-verżjoni hi waħda moderna u kkulurita tal-musical tal-1956 li huwa kien iffilmjat. Din il-verżjoni li wieħed jista’ jibda jara mit-8pm tal-lejla tinkludi l-aqwa siltiet magħrufa f’dan il-musical bħal Wonderful World Without Peter, Hook’s Waltz, Hook’s Tango,I Gotto Crow, Pirate March, Hook’s Tarantella u Distant Melody.

Meta din il-verżjoni ta’ Peter Pan ixxandret għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni Amerikana, kisbet udjenza ta’ 9.21 telespettatur.

Dan il-musical tista’ ssegwih mil-lejla għal 48 siegħa, mit-8pm, permezz ta’ dan il-link.