Filmat: Il-musical CATS mil-lejla b’xejn fuq YouTube

Bħal kull nhar ta’ Ġimgħa anki llejla se jkun qed jitwassal musical ieħor b’xejn ta’ Andrew Lloyd Webber għal 48 siegħa permezz ta’ YouTube.

Dan il-musical kien sploda fuq il-palk tal-West End għall-ewwel darba fl-1981 u kien permezz ta’ din il-produzzjoni li l-kanzunetta Memory, waħda mill-kanzunetti klassiċi, li kisbet suċċess internazzjonali

Minn dak inhar il-musical CATS sar suċċess kbir u baqa’ jittella’ fil-West End u fit-teatri madwar id-dinja u proprju mil-lejla fit-8pm u għall-jumejn li ġejjin se tkun qed titwassal b’xejn il-veżjoni oriġinali tal-1981 b’Elaine Paige u Sir John Mills fit-8pm permezz ta’ dan il-link.