Filmat: Il-mument li taw in-nar karozza f’Ħaż-Żabbar

Read in English.

Il-Pulizija qed tinvestiga każ li fih xi persuni taw in-nar lil karozza f’Ħaż-Żabbar.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-każ seħħ ilbieraħ għat-3pm.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt l-inċident seħħ fi Triq id-Dejqa. Jidher li l-inċident inqala’ fuq xi ġlieda minħabba parkeġġ.

Il-filmat li wasal għand Newsbook.com.mt juri l-mument li fih ingħatat in-nar il-karozza.

info@newsbook.com.mt

Għandek xi filmati jew ritratti li tixtieq tibgħatilna? info@newsbook.com.mt