Filmat: X’kien l-aktar oġġett stramb li ltqajt miegħu fit-triq?

Drajna naraw minn kollox fit-toroq tagħna, tant li dak li suppost jagħmel kullħadd sar aħbar.
B’sens ċiviku u b’valur altruwista, sewwieq ta’ mutur, Andrew Sammut, iltaqa’ ma’ saqqu fi Triq il-Kosta.
Kontra dak li għamlu bosta, Andrew kien pront waqaf mal-ġenb biex ineħħih waqt li wissa lill-vetturi li kienu resqin bil-periklu li kien hemm.
Sammut appella biex min iġorr xi affarijiet jara li jkunu marbuta sew biex sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu evitati.
Qalb il-kummenti ta’ tifħir li rċieva fuq il-profil tiegħu spikkaw dawk li rringrazzjawh talli neħħa l-periklu. 
Jekk għandek filmati jew ritratti simili, ibgħathom lil Newsbook.com.mt hawn.
Filmat: Andrew Sammut