Filmat: Il-Ministru Ian Borg b’konferenza dwar il-miljuni li ntefqu fit-toroq

Read in English.

Matul l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena ntefqu €123 miljun f’toroq f’Malta u Għawdex. Dawn jinkludu 290 triq kommessi u aktar minn 85 minnhom lesti fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena. Dan qalu l-Ministru għat-Trasposrt, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg Waqt iż-żjara tiegħu fi Triq Buqana. €64 miljun ġew investiti f’toroq arterjali .

Il-Ministru semma kif dawn il-proġetti se jkunu qed isarrfu f’inqas dewmien fit-traffiku u wieħed ikun jista’ jinvesti f’ħin ta’ kwalità fil-familja u x-xogħol. Borg żied li dawn il-proġetti mhux biss qed iroddu l-investiment lura fl-ekonomija iżda qed jagħtu lura ħin prezzjuż lil kulħadd.

Waqt din iż-żjara l-Ministru għamel referenza għall-ħidma li qed issir biex ikun hemm użu ta’ mezzi alternattivi sabiex wieħed jivjaġġa.