Filmat: Il-Ministru għas-Sigurtà jiltaqa’ mal-Iskwadra Marittima

Il-Ministru għas-Sigurtà Soċjali Carmelo Abela wera l-apprezzament għall-ħidma li jwettqu l-membri tal-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta
Waqt żjara li għamel lill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Xatt it-Tiben, Abela tkellem fuq il-ħidma tas-suldati biex iżommu siguri il-fruntieri ta’ Malta u fl-istess ħin jikkontribwixxu f’operazzjoni ta’ salvataġġ fl-ibħra tal-madwar.
Huwa ġie milqugħ mill-Kap Kmandant Brigadier Jeffrey Curmi u ttella’ fuq il-Patrol Boat P61.
Il-Ministru rringrazzjahom għall-operazzjonijiet li jwettqu flimkien mal-Aġenzija FRONTEX u ngħata informazzjoni viżiva ta’ diversi operazzjonijiet li kienet involuta l-Iskwadra Marittima.
Ritratt:MHAS: John Pisani