Filmat: Il-Ministru kien qed jitlob mhux jidgħi – Simon Mercieca

Aġġornat 05:04 PM

ALLA writes to Broadcasting AuthorityJitlob "right of reply" skont il-ligi.

Posted by Arnold Cassola on Tuesday, January 12, 2021

Read in English.

Skont il-lettur Universitarju, storiku u blogger Dr Simon Mercieca, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg ma kienx qed jidgħi waqt il-programm Pjazza li jmexxi Karl Stagno Navarra, iżda kien qed jitlob.

Din il-ħaġa lanqas l-istess Ministru ma nduna biha. Skont il-Ministru, la kien qed jitlob u lanqas kien qed jidgħi, kif ħafna li semgħu l-programm qalu li għamel. Il-Ministru qal li kull m’għamel hu kien li żied kelma ġdida fil-vokabularju Malti. “Qalanqas” hija din il-kelma ġdida li l-Ministru qal li ħareġ biha fil-programm.

Ir-riċerkatur Mercieca għandu opinjoni oħra. Huwa qal li min jgħid il-kelma “Ħaqq” u immedjatament magħha jgħid “Alla” mhux dagħwa jkun qed jgħid, iżda talba. Din skont Mercieca, hija talba għall-ġustizzja ta’ Alla. Ir-riċerkatur jinforma lill-qarrejja li din hija espressjoni fl-istat kostrutt li tmur lura għaż-żmien meta Malta kienet taħt l-Għarab.

Kummentaturi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-ipotesi ta’ Mercieca tista’ tkun vera tant li l-Ministru kellu jdejh miftuħa meta qalha. Mhux magħruf jekk wara l-iskopertà ta’ Simon Mercieca, l-invokazzjoni hux se tiżdied mat-talb li jingħad fil-Knisja.

B’reazzjoni, wara l-ħafna kummenti tal-pubbliku fuq il-mezzi soċjali, il-Ministru Ian Borg, f’post fuq Facebook qal li hu “redikolu li jkolli nispjega, iżda jien għidt “ħa qalanqas… anqas, anqas …”

Waqt il-programm il-Ministru Ian Borg qal li hu kburi bil-ħidma li għamel kemm ilu fil-politika, kemm meta kien Sindku, Segretarju Parlamentari u anke bħala Ministru u staqsa ħaddieħor hux kburi li jifforma parti minn partit li tkellem ħafna u bi ftit fatti.

“Issa jekk tridu tgħidu li kont qed nidgħi affarikom. Meta nkun l-art imqaddsa nmur nitlob għalikom bħal fariżej,” kiteb il-Ministru Borg.

Tan-NET News qed jogħġobhom ixandru clip amplifikat fuq parti ta’ diskors li kont qed nagħmel fuq il-programm…

Posted by Ian Borg on Tuesday, January 12, 2021

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn