Filmat: Il-Ministru Borg jagħmilha ta’ xufier tat-taxis

Xarabank
Il-Ministru Ian Borg jagħmilha ta' xufier ta' taxi

Ħadna lill-Ministru Ian Borg jaħdem ta' taxi driver għal ġurnata 🚕 …u n-nies li daħlu fil-karozza ma kellhomx idea li qed isuqhom il-Ministru! 😂 Ara x'ġara…Grazzi lit-team tal-ġenn tal-eCabs li aċċettaw li jgħinuna nagħmlu dan il-feature mill-bidu sal-aħħar 😊

Posted by Xarabank on Friday, October 4, 2019

Il-Ministru Ian Borg għamilha ta’ taxi driver għal ġurnata. Din kienet l-idea tal-programm Xarabank li ppubblikaw filmat ta’ dak li ġara.

Fil-karozza kien hemm kameras moħbijin li ġibdu l-konverżazzjonijiet li l-Ministru kellu mal-passiġġieri.

L-ewwel passiġġiera li vvjaġġat mill-Gżira sal-Belt qalet li s-soltu tuża’ tal-linja imma li ddum tistenna.

Wara għabba grupp ta’ żagħżagħ Għawdxin li qalulu li l-mina mhux se tagħmel differenza għalihom, però wieħed qal li huwa favur.

Waħda mill-passiġġieri kienet attura minn Xarabank.

“L-aqwa li jmorru jidhru naqqa dawn mhux hekk,” qaltlu meta nzertaw wara l-karozza tal-Ministru Evarist Bartolo u spiċċat qalatlu botta wara l-oħra dwar it-traffiku u l-infrastruttura f’Malta.