Filmat: Il-Ministru Bonnici jaqra stejjer għat-tfal

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici pparteċipa fil-programm Naqraw Ftit li jixxandar kuljum fuq l-istazzjon nazzjonali TVM (b’repetizzjoni fuq TVM2) u li hu mtella’ mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. L-għan tal-programm hu li jippromwovi l-qari fost tfal ta’ diversi etajiet, partikolarment f’dan il-perjodu fejn l-iskejjel huma magħluqin.

Matul il-programm, il-Ministru Bonnici qara stejjer immirati għal tfal ta’ etajiet differenti.

Il-Ministru Bonnici faħħar il-ħidma tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u rringrazzja lill-PBS Ltd tal-koperazzjoni li uriet sabiex jiġu promossi l-qari u l-litteriżmu f’pajjiżna. Qal li l-qari hu għodda essenzjali fl-edukazzjoni tat-tfal u hu l-bażi li fuqha jinbena kull suċċess edukattiv.

Hu ħeġġeġ lit-tfal u lill-pubbliku in ġenerali biex jaqraw u jsiru iktar ħbieb tal-ktieb.