Filmat: “Il-Milied mhuwiex biss għar-rigali” – Dominic u Ina

Dawl il-Millied hi kanzunetta ġdida tal-Milied li tnediet illum il-Ħadd 8 ta’ Diċembru bi kliem ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Dominic Cini.

“Fil-Milied normalment kulħadd isib ħin jarma’ d-djar u anke nżommu l-appuntament ta’ kull sena għall-Christmas Shopping imma ma nsibux cans li mmorru nżuru nies morda, anzjani u ‘l dawk li jinsabu weħidhom”, qalilna Dominic li narawh ikanta din is-silta flimkien ma’ Ina Robinich akkumpanjati minn binhom Ainsley u l-istudenti ta’ Vocallane.

Silta pjaċevoli mmens li tismagħha proprju għal dawn il-ġranet.

“Il-Milied mhuwiex biss għar-rigali li nippakkjaw b’karti jleqqu,” tennew Dominic u Ina waqt li awguraw l-isbaħ xewqat għal dawn il-jiem ta’ festi lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.