Filmat: Il-Milied huwa għall-familja

Fil-festi, ħafna drabi naħsbu biss fid-divertiment, fir-rigali, u affarijiet oħra li huma materjali u forsi mhux dejjiema. Xi kultant, ċertu mumenti li ngħaddu f’ħajjitna ma napprezzawhomx biżżejjed sakemm ikun tard wisq. Diversi persuni u relazzjonijiet li jkollna neħduhom ‘for granted’ u ma napprezzawhomx daqs kemm ħaqqhom, sabiex wara li forsi jkunu ħallewna nispiċċaw nibkuhom u ngħixu bir-rimors tal-mumenti li stajna qattajna flimkien u tlifna. Dan narawh l-aktar fl-anzjani fejn ftit ikunu l-waqtiet li wieħed imur jarahom, kemm jekk ikunu għadhom jgħixu fid-dar tagħhom, u aktar minn hekk jekk jispiċċaw joqogħdu ġewwa xi dar tal-anzjani.

DeeMedia.tv Ltd flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilitá u Anzjanitá Attiva ħareġ b’vidjow għal dawn iż-żminijiet tal-Milied.

Elio Lombardi u Jane Zammit f’xena mill-vidjow ta’ dan ir-rakkont

Il-vidjow jurina medda ta’ żmien, ta’ kull sena fil-Jum tal-Milied ta’ familja partikolari, fejn naraw il-membri tal-familja jikbru u jixjieħu. Il-kap tal-familja, l-anzjan, dejjem jistieden lit-tfal għandu għal din l-ikla u jipprova jqatta’ din il-festa sabiħa tal-Milied bi pranzu magħhom. Iżda mhux dejjem kellu l-kontroll u l-possibilita’ li jagħmel dan.

Segwu l-link biex taraw din l-istorja u x’ġara mill-anzjan propju fil-Jum tal-Milied.