Filmat: “Il-midja diversifikata tal-PN hi importanti” – Perici Calascione

Il-Kandidat għall-elezzjoni tal-kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Alex Perici Calascione qal li l-mezzi tal-komunikazzjoni tal-PN għandhom udjenzi diversi u għalhekk jużaw diversi strateġiji.
Perici Calascione fakkar li l-partit għandu l-akbar media house f’Malta, li tikkonsisti fi stazzjon televiżiv, stazzjon tar-radju, gazzetta ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd u news portal.
Il-kandidat saħaq li l-midja għandha rwoli differenti b’udjenzi differenti. Kompla jgħid li kien għalhekk li l-PN irid ikun għaqli u effettiv billi jwassal l-messaġġ tiegħu b’saħħtu lill-udjenzi partikolari. 
“ll-pedamenti qegħdin hemm. Issa rridu nkomplu nibnu bil-għaqal … bi ħsieb u b’sostenibbiltà”, temm jgħid Alex Perci Calascione.