Filmat: Il-maskra qed taqta’ qalb in-nies milli jmorru mixja – Agius Ordway

Just a thought about exercising while walking alone with masks! Nonsense or political comments will be removed. This is not the idea! My message is to encourage ppl to walk safely, be responsible and help us through this time! Posting this because I recieved a lot of comments from ppl who got discouraged to walk with the mask!

Posted by Claire Agius Ordway on Sunday, November 1, 2020

Il-preżentatriċi Claire Agius Ordway qalet li l-ilbies obbligatorju tal-maskra waqt mixi fil-kampanja qed jaqta’ qalb in-nies milli jmorru jimxu, u hi ssuġġeriet li f’dawn is-sitwazzjonijiet, meta ma jkunx hemm nies oħra fil-viċin, tkun tista’ titneħħa l-maskra.

F’filmat fuq Facebook, Agius Ordway, li tippromwovi l-eżerċizzju u t-taħriġ fiżiku, kienet tielgħa telgħa u bdiet taqta’ nifisha. Qalet li riedet tippruvaha bil-maskra biex tara kif tħossha.

Stqarret li rċeviet ħafna messaġġi mingħand nies li jħobbu jmorru jimxu imma jaqtgħu nifishom, u bil-maskra aktar u aktar. Għalhekk, spiċċaw jaqtgħu qalbhom li jmorru mixja. Hija qalet li hemm differenza bejn mixja fil-kampanja u meta tkun ġon-nies.

Bil-filmat tagħha xtaqet tixħet dawl fuq din is-sitwazzjoni, bil-għan li dawk li jħobbu jimxu imma jsibuha diffiċli bil-maskra, ma jħossuhomx imwerwrin li se jaqilgħu xi ċitazzjoni. Fakkret li l-mixi huwa mod kif wieħed jibqa’ san f’dan iż-żmien ta’ tant inċertezza minħabba l-pandemija.