Filmat: “Il-mara kienet kollox għalija”

Alfred Mifsud għandu 67 sena. Huwa mir-Rabat u llum jgħix il-Mellieħa. Kien għalliem u wara għamel 13-il sena surmast ta’ skola.

“Il-mara kienet kollox għalija” stqarr hu waqt li qasam l-istorja ta’ kif hi mietet b’marda għal għarrieda fl-età ta’ 44 sena.

Hu żied jgħid li għalih kienet mara kreattiva li ttih ħafna pariri, kienet omm it-tfal u kienet ħabiba.

Il-wirja tiegħu waqt Malta’s Got Talent hi waħda diffiċli hekk kif ibballanċja folja ta’ gazzetta fuq imnieħru. Wara bbilanċja żewġ rackets tat-tennis fuq sikkina.

Iżda għal Howard ma kienx biżżejjed u Alfred ibbilanċja wkoll siġġu fuq geddumu.

Wirja li qanqlet entuzjażmu  tant li l-erba’ membri tal-ġurija ivvuttaw erba’ iva lil Alfred.