Filmat: “Il-mamà ma xtaqitx li jintlibes l-iswed fil-funeral tagħha”

Evelyn Saliba La Rosa

Għada t-Tlieta 5 ta’ Jannar fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar fit-8.00am se tingħata l-aħħar tislima lil Winnie La Rosa, omm l-attriċi u kittieba Evelyn Saliba La Rosa, li mietet nhar is-Sibt li għadda fl-età ta’ 79 sena.

F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Joseph La Rosa, u li xxerred ukoll minn Evelyn, apparti li taw id-dettalji tal-funeral ta’ ommhom, kitbu li minn dejjem kienet ix-xewqa tal-mamà tagħhom biex ma jintlibisx iswed għall-funeral tagħha.

Intant Adrian Saliba, ir-raġel ta’ Evelyn, ħejja wkoll filmat biex isellem il-memorja tal-kunjata tiegħu, mara li f’ħafna kummenti li kien hemm fuq il-midja soċjali, kienet deskritta bħala mara li dejjem kienet titbissem u li kellha wkoll qalbha tajba.

Newsbook.com.mt jingħaqad mal-ħafna li fl-aħħar ġranet taw il-kondoljanzi lill-familja La Rosa għat-tlfa li ġarrbu.